musicas.mus.br

Letras de músicas - letra de música - letra da música - letras e cifras - letras traduzidas - letra traduzida - lyrics - paroles - lyric - canciones - QALB MA' QALB - ADRIA TWINS - música e letra

Utilize o abecedário abaixo para abrir as páginas de letras dos artistas

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Qalb ma' Qalb letra


Fadal għal tmiemu dan il-lejl ruxxan
Nifsek fuq għonqi jarmi s-skiet
Ma' spallti nħoss swabatek imqanqlin
Ma nitlef xejn minn dal-waqtiet

Ta' bla ħsieb realtà
Illum m'iniex nimmaġinak
Qalb ma' qalb

Din mhix xi ħolma, ħrafa mhijiex
Kemm mumenti fraġli, 'mma ħelwin
Versi minn moħħna għajjien ma ktibniex
L-ilma f'nofs in-nixfiet
Żommni dejjem qribek, fil-viċin
Wens iż-żminijiet

Inħares dritt f'għajnejk ma nixba' qatt
Qisna fi vjaġġ ma jeżistix

Ta' bla ħsieb realtà
Illum m'iniex nimmaġinak
Qalb ma' qalb

Din mhix xi ħolma, ħrafa mhijiex
Kemm mumenti fraġli, 'mma ħelwin
Versi minn moħħna għajjien ma ktibniex
L-ilma f'nofs in-nixfiet
Żommni dejjem qribek, fil-viċin
Wens iż-żminijiet

Wennisni tul il-lej'
U d-dawl tal-jum li ġej
Tħallihx li jerġa' jieħdok ma nafx fej'
Ninħbewlu liż-żerniq
Ħa nitilfulu t-triq
Id-dinja sibna f'din ir-rokna tagħna t-tnej'

Din mhix xi ħolma, ħrafa mhijiex
Kemm mumenti fraġli

Din mhix xi ħolma, ħrafa mhijiex
Kemm mumenti fraġli, 'mma ħelwin
Versi minn moħħna għajjien ma ktibniex
L-ilmа f'nofs in-nixfiet
Żommni dejjem qribek, fil-viċin
Wenѕ iż-żminijiet

Adria Twins - Letras

top 30 músicas

©2003 - 2026 - musicas.mus.br